Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Attriċi Bravissima Anna Bassily – Magħrufa Għas-Sehem Tagħha F’Salib It-Toroq Fost L-Oħrajn

Anna Bassily

Tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi bravissima Anna Bassily. Anna tibqa' waħda minn dawk l-atturi li tant titrasmetti emozzjoni f'kull parti li taħdem.

Id-debutt ta’ Anna kien fl-1989, f’produzzjoni Taljana La Bottega del Caffe taħt id-direzzjoni ta’ John Suda fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Anna bdiet taħdem mat-tim ta' Bronk Productions fejn kienet f'diversi produzzjonijiet teatrali.

Fl-2005 kien il-bidu tal-esperjenza ta' Anna fuq produzzjoni Televiżiva, fejn kellha parti fis-sensiela Saħta fuq Uliedi. Lil Anna rajnieha f'bosta produzzjonijiet popolari fosthom Gizelle, Missjoni, Il-Kristu tal-Kerrejja, It-TfalVittmi u fost l-iktar li baqgħet tissemma għalih, F'Salib it-Toroq.

F'din tal-aħħar Anna ħadmet il-parti ta' Maria Debono, omm u mara li għaddiet minn ħafna xorti, u esperjenzi xejn faċli. Fis-sensiela F'Salib it-Toroq Maria ġġarrab il-mewt ta' binha Roderick. L-emozzjoni li nħasset f'dak il-karattru kien fenomenali.

Fl-aħħar snin Anna kienet anke parti mill-kast ta' Ulied il-Lejl kif ukoll f'Baħar Wieħed, produzzjoni li reġgħet ittellgħet fl-Istitut Kattoliku fl-2023. Matul din l-iskeda kienet parti minn CASA Ċelestina.

Awguri mill-qalb Anna!

Ritratti:

Facebook/ Anna Bassily

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI