“Se Jkun Hemm Għeluq Temporanju Tal-Bajja Ta’ Rnella Minħabba Ħruq Tan-Nar Għall-Festa Tal-Kalkara.” – Wayne Aquilina

Wayne Aquilina

Wayne Aquilina informa lill-pubbliku li, fuq struzzjonijiet mill-Pulizija tad-distrett u l-awtoritajiet, il-bajja ta' Rnella se tkun magħluqa temporanjament nhar il-Ġimgħa 17 ta' Lulju 2026 minħabba l-ħruq tan-nar tal-festa tal-Kalkara.

L-għeluq qed isir bħala miżura ta' prekawzjoni biex jiġu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta' dawk kollha li jżuru ż-żona.

"Għaldaqstant bejn is-6am u 12:30pm u bejn is-6pm u l-11:30pm l-aċċess għall-bajja se jkun kompletament magħluq kemm għan-nies u kemm għall-vetturi. F'dawn il-ħinijiet ma jistax isir għawm u lanqas attività oħra bħal bar-b-ques."

Wayne jagħlaq billi jappella, "Nitolbu l-kooperazzjoni ta' kulħadd sabiex nevitaw kull periklu." Ħudu nota ta' dan l-avviż importanti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI