“Ma Nistax Nimmaġina Kif Se Ngħix Il-Kumplament Ta’ Ħajti Mingħajrek” – Aaron Difesa Jfakkar Lil Ibnu AJ

F’jum li kellu jkun wieħed ta’ ċelebrazzjoni, Aaron Difesa qasam messaġġ li qanqal l-emozzjonijiet hekk kif fakkar lil ibnu AJ, li għada kien jagħlaq 14-il sena. Fuq il-midja soċjali, Aaron indirizza kliemu direttament lejn ibnu, fejn stqarr kemm kienet kbira l-ħolma li kellu għall-futur tagħhom flimkien.

"Kieku, għada ħa tagħlaq 14-il sena Aj. Kont ippjanajt futur mill-isbaħ għalina, imma jidher li ma kellux ikun għalina," kiteb. B’qalbu maqsuma, Aaron kompla jesprimi n-niket profond li għadu jħoss għat-telfa ta’ ibnu, filwaqt li qal li ma jistax jimmaġina kif se jgħix il-kumplament ta’ ħajtu mingħajru.

"Ħallejtni f’età żgħira wisq, u ma nistax nimmaġina kif se ngħix il-kumplament ta’ ħajti mingħajrek. Nispera li fejn tinsab issa, tinsab kuntent." Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi ammetta kemm in-nuqqas ta’ AJ għadu diffiċli biex iġorru u reġa’ tenna l-imħabba kbira li għandu għalih.

"Dik il-ħaġa li ma nistax inħaddnek miegħi iebsa wisq, AJ. Inħobbok wisq... Happy Birthday King." Messaġġ li juri li, minkejja ż-żmien li jgħaddi, l-imħabba ta’ ġenitur lejn ibnu tibqa’ dejjem preżenti, u li ċerti dati jibqgħu jġibu magħhom emozzjonijiet li diffiċli jitfissru bil-kliem.

Ritratti:

Facebook / Aaron Difesa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI