Illejla fid-21:00, l-Ingilterra u l-Arġentina jiltaqgħu f'konfront li minnu joħroġ it-tieni finalist tat-Tazza tad-Dinja, b'post fil-finali fuq il-linja. Ir-rebbieħ ta' din il-partita se jaffaċċja lil Spanja, li lbieraħ kisbet postha fil-finali wara rebħa ta' 2-0 kontra Franza.
Din hija rivalità li matul is-snin tat lid-dinja tal-futbol uħud mill-aktar mumenti memorabbli, fosthom il-gowl kontroversjali ta' Diego Maradona fit-Tazza tad-Dinja tal-1986. Kważi 40 sena wara, iż-żewġ nazzjonijiet se jerġgħu jiktbu kapitlu ieħor fl-istorja tagħhom.
L-Ingilterra tasal għal din il-logħba mimlija kunfidenza wara rebħa diffiċli kontra n-Norveġja, filwaqt li l-Arġentina kompliet il-mixja tagħha b'rebħa fuq l-Iżvizzera.
Issa kollox jinsab lest għal konfront kbir... Int lil min qed tappoġġja – lill-Ingilterra jew lill-Arġentina?
Facebook / FIFA WORLD CUP