Is-serje televiżiva TA' GERIT, li serqet il-qlub ta' bosta telespettaturi Maltin matul is-snin, se terġa' lura fuq l-iskrins ta' TVM.
B'karattri memorabbli, stejjer mimlija emozzjonijiet u sitwazzjonijiet li ħafna jistgħu jirrelataw magħhom, is-serje tkompli ssegwi l-ħajja tal-familja Agius u dawk kollha li jduru magħha, fost intriċċi, sfidi u mumenti li jirriflettu r-realtajiet tal-ħajja ta' kuljum.
It-telespettaturi jistgħu jsegwu TA' GERIT mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-14:15 fuq TVM. Għal min jippreferi jara l-episodji online, is-serje se tkun disponibbli wkoll fuq il-pjattaforma TVMi.