Illum hi ġurnata speċjali għall-Perit u l-membru parlamentari Toni Bezzina u martu li llum qed jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom. Kien bħal-lum meta bdew il-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa.
"Għaddew 32 sena mill-ġurnata fejn għidna "is-signor sì"… qisu lbieraħ. Grazzi, Josette, tas-sagrifiċċji, l-imħabba u l-paċenzja kontinwa tiegħek. J'Alla l-Bambin itina x-xorti nixjieħu flimkien u ngawdu aktar lil xulxin."
Qasam anke ritratti flimkien magħha, wieħed minnhom propju fil-jum taż-żwieġ u l-ieħor aktar riċenti. It-tim ta' Gwida.mt jawgura lill-Perit Toni Bezzina u martu fl-anniversarju tagħhom.