L-attur u kittieb Sonic-j Aquilina llum qed jiċċelebra għeluq sninu! Lil Sonic nafuh f'diversi produzzjonijiet televiżivi, fosthom riċentament Noli u Sorelle.
Kontinwament l-attur ikun għaddej bi proġetti ġodda u bl-ambizzjonijiet tiegħu, b'aktar determinazzjoni. Għandu anke pubblikazzjonijiet oriġinali tiegħu fosthom Meta Nemnem Il-Musbieħ, li kien nedieh propju f'Lulju 2022.
Jitlaq minn hawn l- 44 Kapitlu. Nixjiehu qedin Ġuż... Imma x'tagħmel. Ħeqq l-arloġġ dejjem itektek u ma jistenna lil ħadd jgħidu. U hekk hu. Għalhekk huwa importanti li ngħożżu kull jum. Ngħixu mhux neżistu."
Sonic-j ikompli, "Naprezzaw dak kollu ta'madwarna u l-dawk kollha li jħobbuna. Dan il-kapitlu ser jġib miegħu aktar sfidi... Aktar proġetti.... Aktar ħolm imwettaq."
Hu żvela wkol li ser ikun qed jippublika ktieb ġdid bin-novelli minn tiegħi. Jesprimi kemm hu ħerqan biex jaqsmu mal-pubbliku, speċjalment is-segwaċi tiegħu.
"Grazzi kbira lil dawk li jħobbuni , jirrispettawni u jissapportjawni. B'mod speċjali lill-għażiża marti Dinahlee Aquilina Glynn u l-familja kollha tiegħi li minajrom żgur ma kontx nasal fejn wasalt illum… Dejjem imħabba u rispett kbir lejkom," jikteb Sonic-j.
Awguri mill-qalb għażiż u nixtiqulek aktar suċċessi.
Facebook/ Sonic-j Aquilina Glynn