Drama Maltija ġdida bl-isem Xutt u Gowl se tibda tixxandar fuq ONE matul il-ħarifa li ġejja.
Il-produzzjoni, li qed tittella' minn Kavallierr Entertainment, tħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda tiżvela aktar dettalji dwar il-karattri, tagħti ħjiel tal-istorja u tħabbar il-kast li se jkun qed jagħti l-ħajja lil din id-drama.
Il-paġna uffiċjali tal-produzzjoni qed tħeġġeġ lill-pubbliku jsegwiha biex jibqa' aġġornat bl-aħħar aħbarijiet dwar il-proġett.
Fl-istess waqt, diversi atturi li se jieħdu sehem f'Xutt u Gowl diġà bdew iħabbru l-involviment tagħhom permezz tal-midja soċjali, fejn qasmu l-eċitament tagħhom li jkunu parti minn din il-produzzjoni l-ġdida.
Ħafna kurżità għas-segwaċi tad-drammi Maltin, li issa qed jistennew bil-ħerqa aktar dettalji dwar il-kast u l-istorja li se ġġib magħha din is-serje.