Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Attur Emanuel Cassar! – Konna Narawh Waqt Is-Sensiela ‘Oops’ Fost L-Oħrajn!

Emanuel Cassar

L-attur Malti Emanuel Cassar illum jiċċelebra għeluq sninu..

Attur li rajnieh f'tant produzzjonijiet lokali kemm dawk umoristiċi kif ukoll oħrajn aktar serji. Ftit ilu kien anke parti mill-kast flimkien ma' Mario Spiteri, tal-programm Boomers, fuq TOKIS, preżentat minn Marilena Gauci. 

Oops kien wieħed mill-programmi li baqa' msemmi għalih Emanuel Cassar. Fuq YouTube sibna s-sigla li kienet tindaqq fil-bidu tal-programm. 

Kien ukoll il-ġardinar f'Villa Sunset, is-Sur Skrivan f' Ħal Bla Ras u anke ħa sehem f' Vittmi fost l-oħrajn. Riċentament Emanuel ħa sehem anke fis-sensiela Dell Minsi fuq TOKIS.

Awguri mill-qalb Emanuel!

Ritratti:

Facebook/ Emanuel Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI