Il-paġna uffiċjali ta' DAR Bjorn awguraw lil Elsie, tifla maħbuba li hi parti mill-familja ta' DAR Bjorn. Dan hekk kif illum tagħlaq sninha. Qasmu anke filmat tal-mument meta qasmet il-kejk ilbieraħ.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, sena ilu Bjorn Formosa qasam messaġġ għal Elsie.
Bjorn kien kiteb, “Lil din it-tfajla sabiħa li saret parti mill-familja tagħna nixtieq ngħidulha, awguri mill-qalb! Illum tiċċelebra għeluq sninha b’festin ġo DAR Bjorn! Grazzi mill-qalb, għażiża, Elsie, tal-imħabba bla kundizzjonijiet li tagħti mhux biss lili, imma lil kull resident f’DAR Bjorn.”
Bjorn ikomplu li d-dinja tkun post aħjar b’nies bħalha u esprima kemm huma grati lejha u jħobbuha.
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha minn qalbna f’dan il-jum tant speċjali!
Facebook/ Bjorn Formosa