Jum Twelid L-Attur Mibki Robbin Williams – Kieku Llum Jagħlaq 75 Sena

Robbin Will

Kieku llum jagħlaq sninu l-mibki Robbin Williams. L-attur kien twieled fil-21 ta’ Lulju, 1951. Magħruf bħala attur u komiku Amerikan straordinarju, bil-ħila unika tiegħu li jgħaqqad id-daħk mal-emozzjoni profonda.

Il-karriera tiegħu bdiet fis-snin sebgħin fis-sitcom televiżiv Mork & Mindy, fejn aktar tard kiseb suċċess u baqa' jissemma' aktar permezz ta’ films bħal Good Morning, VietnamDead Poets Society, u Mrs. Doubtfire.

F'Mrs. Doubtfire kellu karattru li baqa' memorabbli immens, u għadhom jitkellmu fuqu sal-lum. Kien rebaħ l-Oscar għall-Aħjar Attur Fi Rwol Sekondarju għall-film Good Will Hunting.

Williams kellu talent uniku u l-enerġija kreattiva tiegħu kienet affaxxinanti. Sfortunatament ħalla din id-dinja b’mod traġiku fl-2014, iżda l-wirt artistiku u uman tiegħu jibqa’ jgħix fil-qlub tagħna.

Ritratti:

Facebook/ Robin Williams Fans

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI