Jumejn ilu ċċelebrat għeluq sninha l-kantanta lokali Romina Mamo, kantanta li rajnieha f'diversi festivals fosthom il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Hit Song Contest, u l-Malta Eurovision.
Lura fl-2010 kienet rebħet il-Malta Hit Song Contest 201 bil-kanzunetta Poison Ivy. Kisbet riżultati tajbin u rebħiet anke ġo festivals ta' livell internazzjonali. Kienet nediet anke album sħiħ bl-isem ta' Eyes On Me. Romina hi wkoll għalliema fi skola sekondarja.
Hekk kif kienu bosta li bagħtulha x-xewqat sbieħ f'għeluq sninha, Romina rringrazzjat lil kulħadd tal-ħsieb. "Grazzi kbira lil kull min awgurali għal għeluq snini! Napprezza kull messaġġ. Għamiltuli l-ġurnata tassew speċjali."
Awguri minn qalbna Romina, f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt!
Facebook/ Romina Mamo II