Fadal Xahrejn Biss Għall-Ħarifa Hekk Kif Is-Sħana Suppost Mistennija Tbatti Xi Ftit Minn Għada – It-Temp Madwarna

Fadal biss xahrejn għall-bidu tal-ħarifa, filwaqt li fadal ħames xhur għax-xitwa u tmien xhur għar-rebbiegħa, skont messaġġ li nxtered il-paġna It-Temp Madwarna.

L-istess paġna tat ukoll aħbar pożittiva għal dawk li ilhom ibatu bis-sħana intensa dawn l-aħħar jiem, hekk kif spjegat li minn għada it-Tlieta, 22 ta' Lulju, it-temperaturi mistennija jibdew jonqsu ftit, b’jiem aktar friski mistennija matul il-ġimgħa.

Minkejja dan, ġie mfakkar li l-indiċi tal-UV se jibqa’ għoli ħafna, b’livell ta’ 10 u għalhekk huwa xorta rakkomandat li wieħed jibqa’ jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa meta jkun espost għax-xemx, speċjalment matul il-ħinijiet l-aktar sħan tal-ġurnata.

Għalkemm il-kesħa tinsab 'il-bogħod, ħafna diġà qed iħarsu 'l quddiem lejn il-wasla tal-ħarifa u temperaturi aktar komdi tax-xhur ta’ Ottubru.

Ritratti:

Fotografija ta’ Robert Magro & Fb/ It-temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI