“Riħ Niexef Li Qed Jonfoħ Direttament Minn Fuq Id-Deżert Saħara, Lokalment Magħruf Bħala Riħ Tal-Lupa.” – It-Temp Madwarna

Xemx taħraq

Għalkemm ir-riħ moderat li ħakem lill-gżejjer Maltin matul il-ġurnata naqqas xi ftit, il-kundizzjonijiet baqgħu estremament sħan u xotti.

Skont avviż ippubblikat mill-paġna It-Temp Madwarna, ir-riħ li qed jonfoħ ġej direttament minn fuq id-Deżert tas-Saħara - "Riħ niexef li qed jonfoħ direttament minn fuq id-Deżert Saħara, lokalment magħruf bħala riħ tal-lupa."

L-esperti qed iħeġġu lis-sidien tal-ġonna u r-raba' biex, malli tinżel ix-xemx, isaqqu l-pjanti u s-siġar tagħhom, b'mod partikolari dawk taċ-ċitru u tas-siġar tal-frott. Dan minħabba li l-pjanti tilfu ammont sostanzjali ta' ilma permezz tat-transpirazzjoni matul il-ġurnata.

"L-aktar lokalitajiet li llum esperjenzaw lupa severa huma dawk li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta, minħabba land track ikbar li kompliet tixxotta l-arja u żżid it-temperatura."

Fil-fatt, filwaqt li fit-Tramuntana ta' Malta u f'Għawdex it-temperatura massima laħqet id-39°C b'umdità medja ta' madwar 40%, fin-naħa t'isfel ta' Malta t-temperatura reġgħet telgħet sa 43°C, b'umdità medja ta' 20% biss – kundizzjonijiet li jkomplu jżidu l-effetti tar-riħ niexef u tas-sħana intensa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI