Il-kitba ta' Corazon Mizzi hija riflessjoni dwar il-fraġilità tal-ħajja u dak li tassew għandu valur.
Hija tfakkar li l-bniedem jasal fid-dinja b'xejn u jitlaq b'idejh vojta, filwaqt li l-ġid materjali, il-pressjoni tax-xogħol u t-tħassib dwar x'jaħsbu n-nies jispiċċaw bla importanza quddiem ir-realtà tal-mewt.
"U x’se nħallu lil uliedna? Dawk nagħmlulhom pjaċir kieku flok affarijiet materjali nħalluhom sinjuri bl-għodda biex jaqilgħu l-għajxien għalihom innifishom, sinjuri fil-memorji li kellhom tagħna, fl-esperjenzi, fl-istabbiltà, il-preżenza, fil-metodi kif jiksbu l-vera kuntentizza. Meta titlaq, sejjer b’idejk vojta. U ruħek kif se tkun?"
Corazon tħeġġeġ ukoll biex ma naħlux ħajjitna f'kunflitti u firda, iżda minflok nagħtu prijorità lir-relazzjonijiet, lill-imħabba u lill-esperjenzi li jibqgħu.
Facebook/ Corazon Mizzi