Malta Tqum Bl-Aħbar Ta’ Traġedja Oħra Hekk Kif Missier U Iben Mietu Meta Ntlaqtu Minn Dgħajsa

Sfortunatament, Malta qamet b’xokk kbir hekk kif ħarġet l-aħbar li missier ta’ 43 sena u t-tifel tiegħu ta’ 5 snin biss, mietu dan il-lejl fil-bajja tal-Ġnejna. Kollox ġara għall-ħabta tas-1am meta l-missier u l-iben kienu fuq dinghy.

Il-missier u l-iben intlaqtu minn dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 43 sena. Il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn assistenza. Wara ftit marru ukoll membri tak-Protezzjoni Ċivili li ftit wara li bdiet it-tfittxija, sabu l-katavri tal-missier u l-iben.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi inkjesta.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-qraba u ħbieb.

Ritratti:

Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI