Il-paġna ta’ Jasmine’s Journey fuq Facebook qasmet l-aħbar it-tajba li l-familja ġiet lura Malta wara ġimgħat ta’ terapija.
“L-akbar sors ta’ ispirazzjoni mhijiex persuna famuża,” inkiteb fuq il-page. “Għandha 4 snin u għandha l-paraliżi ċerebrali u tgħallimni xi tfisser reżiljenza.”
“Wara 3 ġimgħat ta’ terapija intensica, ninsabu lura d-dar. Jasmine ħadmet ħafna ta’ kuljum, u issa wasal iż-żmien li nieħdu dak kollu li ħdimna fuqu matul dawn l-aħħar ġimgħat u nkomplu nibnu fuqu. Pass pass.”
Facebook / Jasmine’s Journey