“Dan Ir-Rekord Nazzjonali Ġdid Ġie Mwaqqaf Fl-Għeluq Tal-Ispettaklu Tan-Nar Tal-Art Lejlet Il-Festa Ta’ Santa Margerita Ġewwa Tas-Sannat” – The Malta Records

Ilbieraħ twaqqaf rekord waqt festa Għawdxija fir-raħal ta’ Sannat, L-ikbar tapit tan-nar tal-art bl-akbar numru ta' xmux. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar dan.

Huma qalu, “The Malta Records ilbieraħ konna preżenti waqt festa mill-aktar popolari fil-gżira Għawdxija. L-ikbar tapit tan-nar tal-art bl-akbar numru ta' xmux. It-tapit, b'total ta' 9 arbli, kien jikkonsisti minn 23 xemx, 304 flash pots, 55 gas strobe, 396 gass li jaqleb, 235 funtana TIT tal-ħasda, 162 suffara tal-ħasda, 540 funtana TIT, 960 funtana tal-kulur, 18-il funtana li taqleb u 230 funtana tal-porvli. L-ispettaklu sħiħ kellu ħin ta' 9 minuti u 55 sekonda (9:55).”

Żied jgħid, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf fl-għeluq tal-ispettaklu tan-nar tal-art lejlet il-festa ta' Santa Margerita ġewwa Tas-Sannat mill-Għaqda tan-Nar 20 ta' Lulju, Sannat. Tajjeb li ngħidu li apparti l-arbli tat-tapit, dan l-ispettaklu kien jikkonsisti f'scissors crane, li kien armat wara t-tapit, u arblu ta' 360 grad li kien armat fuq bejt. Prosit tassew lill-pirotekniċi ta' din l-Għaqda tant ħabrieka li taw spettaklu pur b'bosta rdieden kbar apparti t-tapit li kkonkluda din il-wirja tal-ogħla livell.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI