“Ma Kienx Jum Faċli. Xi Ħadd Fil-Pixxina Beża’ Minn Fran Għax Għandha Down Syndrome” – Michelle Rausi

Michelle Rausi

Michelle Rausi, omm Francesca, li l-pubbliku Malti sar jafha mhux biss bħala mudella iżda wkoll permezz ta' wirjiet tagħha fil-kant u ż-żfin, qasmet esperjenza li ddeskrivietha bħala waħda diffiċli.

F'messaġġ fuq il-midja soċjali, Michelle żvelat li waqt li kienu f'pixxina, persuna wriet biża' minn bintha Francesca sempliċement għax għandha down syndrome.

"Illum ma kienx jum faċli. Xi ħadd fil-pixxina beża' minn Fran għax għandha down syndrome," kitbet Michelle.

Qalet li tifhem li l-biża' kultant tkun ġejja minn nuqqas ta' għarfien, iżda saħqet li Francesca hi tifla li tħobb tgawdi l-ilma bħal kull tifel u tifla oħra.

Michelle spjegat li ddeċidiet taqsam din l-esperjenza mhux biex tikkundanna lil xi ħadd, iżda biex tqajjem aktar għarfien u tħeġġeġ lin-nies jagħżlu l-edukazzjoni flok il-biża', u l-inklużjoni flok l-esklużjoni.

"Fran hi tifla li sempliċiment tħobb l-ilma. Qed naqsam din l-esperjenza bit-tama li nagħżlu l-edukazzjoni minflok il-biża', u nilqgħu minflok ninkwetaw. Kull tifel u tifla jistħoqqilhom rispett," temmet tgħid.

Naqblu miegħek Michelle! Inħobbuk Francesca!

Ritratti:

Facebook/ Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI