Monument b’tifkira ta’ Ġorġ Agius, magħruf bħala l-Għannej tal-Mulej, ġie inawgurat uffiċjalment fil-Birgu nhar it-Tlieta, 28 ta’ Lulju 2026, fl-okkażjoni tal-100 anniversarju mit-twelid tiegħu.
Il-monument, iddisinjat mill-artist Bormliż Clive Busuttil, tqiegħed fil-Couvre Porte, id-daħla ewlenija tal-belt storika. Dan il-proġett ifakkar il-ħajja u l-ħidma ta’ Ġorġ Agius, li kien magħruf u apprezzat għall-kontribut tiegħu u għall-impatt pożittiv li ħalla fuq il-ħajja ta’ ħafna Maltin.
Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret taħt il-patroċinju tal-Eks President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u kienet tinkludi t-tberik mill-Vigarju Ġenerali Monsinjur Joseph Galea Curmi. Għall-attività attendew ukoll is-Sindku tal-Birgu, il-Viċi Sindku u membri tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Il-Kunsill Lokali rringrazzja lil kull min ta sehmu fit-twettiq ta’ dan il-proġett u lil dawk kollha li appoġġjaw il-ħolqien tal-monument, li issa se jibqa’ bħala tifkira permanenti ta’ Ġorġ Agius u tas-servizz li ta lis-soċjetà Maltija.
Il-monument issa jilqa’ lil kull min jidħol fil-Birgu minn waħda mid-daħliet ewlenin tal-belt, bħala ġieħ lil persuna li baqa' mfakkar għad-dedikazzjoni tiegħu u l-wirt li ħalla fil-qlub ta’ tant nies.
Facebook / Kunsill Lokali Birgu