“Wara Jumejn Imsakkar Ġewwa Għax Il-Lift Ma Kienx Qed Jaħdem, Tistgħu Timmaġinaw Il-Frustrazzjoni Li Kelli” – Shawn Mifsud

Shawn Mifsud fetaħ qalbu fuq il-paġna tiegħu dwar ħajtu dawn l-aħħar jumejn.

Hu spjega, “Wara jumejn imsakkar ġewwa għax il-lift ma kienx qed jaħdem, tistgħu timmaġinaw il-frustrazzjoni li kelli. Apparti minn hekk, nixtieq nagħmel ringrazzjament differenti lil dawk in-nies li qatt ma emmnu fija. Lil dawk li jgħidulek mod u jagħmlu mod ieħor. Lil dawk li qaluli, “Meta jkollok bżonn xi ħaġa għidli,” u mbagħad ma sibthomx. Lil dawk li għamluli ħsara fl-isports. Lil dawk li għamluli ħsara fuq ix-xogħol. U lil dawk li dejjem jgħidulek, “Niltaqgħu,” imma qatt ma niltaqgħu. Kont naħsibhom ħbieb.”

Żied jgħid, “Għalfejn qed ngħid hekk? Għax illum, minflok qgħadt naħseb fuqhom, ħriġt il-pożittiv minni. Mort il-pixxina u għamilt 82 lap ta’ 25 metru. Grazzi… u għad irrid nagħmel aktar. U jekk inti għaddej minn xi ħaġa simili, tiqafx. Għax meta tieqaf, tkun qed tagħtihom ir-rebħa.”

Din il-kitba ġġiegħlna nirrealizzaw kemm hu importanti l-lift għal dawk il-persuni li ma jistgħux jużaw it-taraġ, iżda tfakkarna wkoll kemm hu important li nagħmlu xi ħaġa li nħobbu minflok nibqgħu nirriflettu fuq l-azzjonijiet ta’ persuni li weġġgħuna xi darba jew oħra.

Kuraġġ Shawn! Inti ta’ ispirazzjoni kbira għal kulħadd!

Ritratti:

Facebook / Shawn u Graziana Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI