“Għafsitni Qalbi Meta Qal Li Mietlu Ibnu U Li Tiegħu Ġab Filmat U Qal Li Għalih Kunċert Bħal Dan Terapija.” – Maria La Barokka Muscat Dwar Lil Jon

La Barokka

Fost dawk li attendew bi ħġarhom għall-kunċert ta' Pitbull ġewwa Ta' Qali lbieraħ, kien hemm il-preżentatriċi u ġurnalista lokali Maria La Barokka Muscat. Apparti jidher li għoġbitha l-atmosfera u gawdiet il-kunċert, kien hemm mumenti mimlijin emozzjonijiet li baqgħu immarkati f'moħħha.

"Pitbull 2026. Minbarra li l-kanzunetti tiegħu jogħġbuni ħafna, il-karattru tiegħu simpatiku, u waqt il-kunċert jgħaddi messaġġi ta' tama u kuraġġ. Hu bata biex wasal s'hawn imma rnexxielu."

Apparti minn hekk Maria ssemmi l-istorja tal-artist Lil Jon, li qasam esperjenza kiefra personali.

"Kien hemm ukoll Lil Jon li għafsitni qalbi meta qal li mietlu ibnu u li tiegħu ġab filmat u qal li għalih kunċeret bħal dan terapija."

Wara dan il-kunċert Maria tkompli tikkonferma kemm il-mużika hi b'saħħitha u benefiċċjali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI