Illum Huwa Magħruf Bħala L-Jum Internazzjonali Tad-Dulliegħa!

Dulliegħ

Illum qed niċċelebraw il-frott tas-sajf favorit ma’ kulħadd - id-dulliegħ, peress li t-3 ta’ Awwissu huwa l-Jum Internazzjonali tad-Dulliegħa.

Id-dulliegħ huwa friskanti ħafna matul ġurnata sħuna tas-sajf, u dan għaliex 92% minnu huwa magħmul mill-ilma.

L-oriġini ta’ dan il-frott tmur lura għall-Eġittu tal-Qedem. Jingħad li l-kultivazzjoni tad-dulliegħa bdiet fil-Wied tan-Nil sa fit-tieni millennju Q.K. Żrieragħ tad-dulliegħa nstabu saħansitra fil-qabar tar-Re Tut!

Il-frott b’togħma ħelwa li ngawdu llum huwa r-riżultat ta’ mutazzjonijiet matul elf sena ta’ kultivazzjoni. Iż-żerriegħa tad-dulliegħa nbiegħu lil negozjanti li kienu għaddejjin mir-rotot tal-kummerċ fid-Deżert tal-Kalahari fl-Afrika.

Minn hemm, il-kultivazzjoni tad-dulliegħ infirxet madwar l-Afrika. L-oriġini tal-proġenitur tad-dulliegħa kienet fl-Afrika, u wara nfirxet f'pajjiżi tal-Mediterran u partijiet oħra tal-Ewropa.

Sal-aħħar tad-disa’ seklu, il-kultivazzjoni tad-dulliegħa saret komuni fiċ-Ċina u l-bqija tal-Asja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI