Ħallih Iħabbat – Daniel Cauchi U Marija Bellia B’Single Ġdida Mimlija Enerġija U Pożittività

Daniel Cauchi, flimkien ma’ Marija Bellia, qed iniedu s-single l-ġdida Ħallih Iħabbat, li ħarġet ffiċjalment illum 3 ta’ Awwissu. Il-kanzunetta tispikka għall-enerġija tagħha, hekk kif tħallat ritmi varjati ma’ arranġamenti bl-istrumenti tar-ram, u twassal messaġġ pożittiv u umoristiku dwar kif wieħed għandu jqum fuq saqajh wara kull daqqa u jkompli jgawdi l-ħajja kif tiġi.

Il-lirika hija miktuba minn Michael Spagnol u Marija Bellia, filwaqt li l-mużika u l-produzzjoni huma f’idejn Matthew James, li ta lill-kanzunetta ħoss modern u dinamiku. B’messaġġ li jħeġġeġ lir-resiljenza u l-ottimiżmu, Ħallih Iħabbat mistennija tkun waħda mis-singles ewlenin tas-sajf, b’taħlita ta’ melodija li tibqa’ f’moħħok u kliem li jqanqal tbissima.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI