“Nhar Il-Ħadd, 9 Ta’ Awwissu, Jum Li Fih Enzo Kien Jagħlaq 79 Sena, Se Tiġi Ċċelebrata Quddiesa Għall-Mistrieħ Ta’ Ruħu.” – Carmen Gusman

Carmen u Enzo

L-imħabba u t-tifkira lejn il-mibki Enzo Gusman jibqgħu jikbru dejjem aktar fil-qalb ta' martu Carmen, li tant tfakkru b'għożża fuq il-midja soċjali, permezz ta' xi tifkira jew messaġġ.

Kmieni llum, hi kitbet messaġġ fuq Facebook biex tħabbar li nhar il-Ħadd, 9 ta' Awwissu, dakinhar li kien jagħlaq 79 sena kieku għadu magħna, se tiġi ċċelebrata quddiesa għal ruħu fil-Knisja Kattolika ta' St. Patrick f'Mississauga, fis-19:00.

Carmen stiednet lill-familjari u lill-ħbieb biex jattendu għal din it-tifkira. Permezz ta' din il-quddiesa, il-familja u dawk li kienu jafuh se jkollhom l-opportunità jingħaqdu fit-talb u jfakkru l-ħajja tiegħu. Ħajja li fiha tant ferraħ u għamel ġid.

Għal dejjem f'qalbna Enzo.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI