Appell Minn MSPCA – Jekk Għandek Xi Lożor Jew Xugamani Li Ma Tużax Jekk Jogħġbok Ikkuntattjahom

klieb

L-MSPCA għamlet appell lill-pubbliku biex jgħin fil-ħarsien ta' annimali li bħalissa jinsabu fix-xelter tagħhom, billi joffri donazzjonijiet ta' lożor u xugamani nodfa.

Skont l-MSPCA, dawn id-donazzjonijiet jgħinu biex il-klieb u l-qtates jinżammu komdi waqt li jkunu qed jistennew li jsibu familja u dar permanenti.

"L-ebda donazzjoni mhi żgħira wisq. Kull liżar, kull xugaman u kull att ta' ġenerożità jagħmel differenza fil-ħajja tal-annimali li qed nieħdu ħsieb," sostniet l-organizzazzjoni fl-appell tagħha.

Min jixtieq jgħin jista' jwassal id-donazzjonijiet direttament fix-xelter tal-MSPCA.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI