“Kemm Għandi X’Ngħidlek U Nistaqsik… Bħalek Ħadd. Inħobbok” – Tereza Anna F’Jum Twelid L-Għażiża Ommha

Tereza Anna lil ommha

Tereza Anna qasmet messaġġ mimli mħabba, nostalġija u emozzjoni fuq il-midja soċjali biex tfakkar lil ommha, hekk kif li kieku bħal-lum kienet tiċċelebra għeluq sninha.

Flimkien ma' filmat li jiġbor mumenti sbieħ bejniethom, kitbet kemm xtaqet ikollha minuta oħra magħha biex tgħannaqha u tgħidilha kemm tħobbha.

"Happy Birthday Ma. Kemm nixtieq imqar inkellmek għal minuta. Kemm nimmissjak... Kemm għandi x'ngħidlek u nistaqsik... Bħalek ħadd. Inħobbok jekk qed tisma' u tara minn x'imkien."

Xerrdet żewġ filmati mimlijin memorji li jibqgħu jgħixu dejjem f'qalbha. Bosta persuni ħallew kummenti biex isellmu l-memorja tal-għażiża ommha.

Kuraġġ dejjem Tereza. Insellmu l-memorja tal-għażiża ommok f'jum twelidha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI