“Grazzi Tal-Imħabba U L-Appoġġ Li Dejjem Tagħtini” – Keith Azzopardi Tanti B’Messaġġ Sabiħ Lil Ommu F’Għeluq Sninha

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, ilbieraħ iċċelebra għeluq snin ommu, Josette Tanti, b’messaġġ mimli mħabba u apprezzament fuq il-midja soċjali.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru rringrazzja lil ommu tal-imħabba u l-appoġġ li dejjem tatu tul is-snin, filwaqt li awguralha kull ġid f’dan il-jum speċjali.

Ilbieraħ hu kiteb, "Illum niċċelebraw għeluq snin ommi, Josette Tanti. Grazzi tal-imħabba u l-appoġġ li dejjem tagħtini. Nawguralek għeluq sninek mimli ferħ, saħħa u mħabba," kiteb Keith Azzopardi Tanti.

Il-messaġġ ġabar diversi awguri mingħand persuni li ngħaqdu miegħu biex jawguraw lil Josette Tanti għeluq snin mill-isbaħ. F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat!

Ritratti:

Facebook / Keith Azzopardi Tanti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI