Kemm hi kiefra meta jkollna annimali domestiċi li wara snin ta' trobbija u mħabba kbira, jkollna nitgħallmu ngħixu mingħajrhom. Dawn huma membri speċjali fil-familji tagħna, u li qatt ma tkun preparat biżżejjed biex tgħix mingħajrhom.
Dan l-episodju kiefer għadu ġara lil Nicholas, bħal għada sena ilu. Illum fil-fatt kien l-aħħar jum li Diamond kienet miegħu. "Sentejn ilu kien l-aħħar jum tiegħek magħna, ir-reġina tiegħi. Nimmissjak, id-djamant tiegħi."
Xerred anke ritratt mill-isbaħ tagħha fejn bosta kkummentaw f'dan il-jum ta' dieqa għal Nicholas. Kuraġġ għażiż f'dal-mument iebes. Tir 'il fuq Diamond!
Ara l-filmat u l-post li tefa' HAWN
Facebook/ Nicholas