Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, iċċelebra għeluq snin bintu Ana b'messaġġ qasir iżda mimli mħabba li qasam fuq il-paġni tiegħu fuq il-midja soċjali.
Ilbieraħ, fil-messaġġ tiegħu, Camilleri fakkar il-jum li fih hu u l-familja tiegħu laqgħu l-ewwel wild tagħhom fid-dinja, fejn kiteb, "7 snin ilu kellna l-ewwel wild tagħna. Inħobbuk bla qies Ana."
Il-kliem tiegħu kien akkumpanjat minn ritratt tal-familja, filwaqt li bosta segwaċi, ħbieb u persuni pubbliċi ngħaqdu miegħu biex iwasslu l-awguri tagħhom lil Ana f'dan il-jum speċjali.
Minn naħa ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ana f'għeluq sninha. Nawgurawlha sena mimlija saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-familja tagħha.
Facebook / Clint Camilleri