Wara ġranet ta’ sħana persistenti, il-kundizzjonijiet tat-temp mistennija joffru inqas sħana persistenti temporanjament għada, il-Ħamis 6 ta’ Awwissu.
Dan hekk kif riħ moderat mill-Majjistral b’qawwa ta’ Forza 3-4 se jgħin biex inaqqas xi ftit mis-sħana.
Madankollu, dan it-tnaqqis fit-temperaturi mistenni jdum għal jum wieħed biss. Skont it-tbassir, it-tieni mewġa ta’ sħana għal dan is-sajf mistennija tibda mill-Ħadd 9 ta’ Awwissu u tibqa’ għaddejja sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu.
"It-tieni mewġa ta’ sħana għal dan is-sajf mistennija bejn il-Ħadd 9 t’Awwissu u l-Ġimgħa 14 t’Awwissu b’temperaturi massimi bejn 37°C u 38°C jew 100°F!," ikompli l-avviż.
Din l-informazzjoni twasslet minn It-Temp Madwarna, bl-isbaħ xewqat ta’ WP Waterproofing.