Meta Oscar sar jaf li sieħbu kien se jkollu jiġġieled il-ġlieda tal-kanċer iddispjaċieh tant li xtaq li jagħmel xi ħaġa sabiex jgħinu. Kien għalhekk li ddeċieda li jiġri ftit iżjed minn kilometru u nofs kuljum bil-għan li jiġbor il-fondi b'risq it-trattament li sieħbu kien se jkollu bżonn.
Il-pubbliku ma damx ma ntebaħ bil-qalb tad-deheb ta' ċkejken Oscar, u għaldaqstant ma naqasx milli jkun ġeneruż. Bis-saħħa t'hekk, l-inizjattiva ntemmet b'suċċess kbir hekk kif inġabret is-somma sabiħa ta' ftit iżjed minn €72,000.
Matul dawn l-aħħar jiem, l-altruwiżmu ta' dan it-tifel Ingliż qanqal sens kbir ta' ammirazzjoni, mhux biss fl-Ingilterra, iżda madwar id-dinja.
Instagram / @britlife_