“Ix-Xewqa Tiegħi Fl-Aħħar Saret Realtà… Illum Liebes Għajn Prostetika” – Kezman Mamo

Illum għall-ewwel darba ż-żagħżugħ ta' 16-il sena Kezman Mamo libes għajn prostetika. Hu kien tilef id-dawl t'għajnejh meta kellu biss seba' snin; madankollu, hu għaraf jibdel dan il-mument ikrah f'ħajtu f'opportunità sabiex iservi bħala ispirazzjoni u motivazzjoni għal bosta oħrajn.

Fuq il-midja soċjali Kezman fisser il-ferħ tiegħu hekk kif spjega li għalkemm din l-għajn prostetika mhijiex se troddlu lura d-dawl t'għajnejh, madankollu se tiżgura li x-xewqa tiegħu titwettaq u "ż-żewġ għajnejja jidhru l-istess".

Iż-żagħżugħ ta' 16-il sena esprima l-gratitudni tiegħu b'mod partikolari lejn il-Professur Mark Bugeja li hu saħaq kien strumentali sabiex din il-ħolma tiegħu setgħet isseħħ.

Ritratti:

Instagram / Kezman Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI