Erba’ Każijiet Ta’ Hepatitis A Qed Jiġu Investigati – L-Awtoritajiet Joħorġu Twissija Lill-Pubbliku

Deli

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jinvestigaw cluster ta’ erba’ każijiet ta’ Hepatitis A.

Fuq sit lokali ġiet imsemmija stqarrija, fejn is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika appellat lil kull min ikkonsma ikel mill-imsemmi stabbiliment, Deli & Co, bejn is-17 u l-25 ta’ Ġunju biex jibqa’ attent għal kwalunkwe sintomu tal-Hepatisis A, sal-14 ta’ Awwissu.

L-awtoritajiet qalu li l-investigazzjonijiet tal-kuntatti għadhom għaddejjin, filwaqt li l-miżuri kollha meħtieġa tas-saħħa pubblika diġà ttieħdu

Hepatitis A

Ritratt: Youtube/ CME Outfitters

Hepatitis A hi infezzjoni virali u tista’ tikkawża sintomi bħal deni, għeja, nuqqas ta’ aptit, dardir, rimettar, uġigħ addominali, dijarea, awrina skura u suffejra.

AĠĠORNAMENT

It-tim ta' Deli & Co kiteb stqarrija; s'issa ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li torbot direttament il-każijiet tal-Hepatitis A mal-istabbiliment tagħha. Il-kumpanija kkonfermat li impjegat wieħed kien instab li kellu Hepatitis A lura fl-4 ta' Lulju, wara li kien siefer barra minn Malta, u li l-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu kienet il-25 ta' Ġunju.

Sostniet li l-impjegat ma rritornax għax-xogħol qabel ma ngħata l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa u li ttieħdu minnufih il-miżuri kollha rakkomandati, filwaqt li impjegat ieħor osserva l-perjodu ta' inkubazzjoni minkejja li r-riżultat tat-test tiegħu kien negattiv.

Il-kumpanija enfasizzat li dejjem osservat l-istandards kollha relatati mas-sigurta tal-ikel, l-indafa u l-iġene, u esprimiet id-diżappunt tagħha li l-avviż pubbliku nħareġ aktar minn xahar wara l-avvenimenti.

Deli & Co appellat biex kwalunkwe allegazzjoni dwar rabta bejn il-każijiet u l-istabbiliment tkun ibbażata fuq evidenza oġġettiva u kkonfermata, filwaqt li saħqet li se tkompli taħdem mal-awtoritajiet biex tħares is-saħħa pubblika u żżomm il-fiduċja tal-konsumaturi.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI