“Jistaqsuni Għalfejn Nagħmilhom Dawn It-Tlielaq… Ommi U Missieri Mietu Żgħar… L-Enerġija Li Għandi Ridt Noħroġha” – Fabio Spiteri

L-atleta lokali Fabio Spiteri spjega waqt il-programm Personaġġi fuq TVM, kif it-telfa tal-ġenituri tiegħu f’età żgħira minħabba l-kanċer, ħalliet impatt profond fuqu.

Jispjega kif serviet ta’ motivazzjoni għat-tlielaq li b'mod konsistenti jwettaq. Matul l-intervista Fabio tkellem ukoll dwar il-passjoni kbira tiegħu għall-coaching, u jgħinu juża dan iż-żmien preżenti.

Dak li jwettaq Fabio nemmnu li jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal oħrajn biex ma jaqtgħux qalbhom quddiem id-diffikultajiet. Personaġġi jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fis-18:15 fuq TVM, u jista’ jiġi segwit ukoll fuq TVMi.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI