Fuq il-midja soċjali, l-attur Mario Micallef esprima d-diżappunt tiegħu għas-sitwazzjoni attwali fil-Belt Valletta fejn spjega kif il-bankini ta' ċerti toroq qed jintużaw sabiex fuqhom jitpoġġew l-imwejjed u t-tined, u konsegwentament mhumiex qed ikunu jistgħu jgħaddu minn fuqhom in-nies.
L-attur ġibed l-attenzjoni b'mod partikolari għal Triq Santa Luċija fejn hu jirrakkonta li ra turista anzjana bil-bastun li sabet diffikultà sabiex tgħaddi minn din it-triq minħabba din is-sitwazzjoni.
Fil-messaġġ tiegħu Mario temm jappella sabiex tittieħed azzjoni fl-immedjat.
Facebook / Mario Micallef