“Ix-Xewqa Tiegħi Hi Li D-Dinja Tkompli Titgħallem Li Kull Tifel U Tifla Jistħoqqilhom L-Imħabba” – Iċ-Ċkejken Guilherme

Proprju llum Guilherme qed jiċċelebra l-għaxar sena tiegħu. Guilherme jsofri minn kundizzjoni rari li minħabba fiha jkollu jiġġieled bosta sfidi differenti ta' kuljum. Madankollu, l-ġenituri tiegħu għarfu jibdlu t-tbatija ta' Guilherme f'opportunità sabiex it-tifel ta' għaxar snin ikun ta' ispirazzjoni u motivazzjoni għal bosta oħrajn.

Dalgħodu fuq il-paġna soċjali tiegħu huma kitbu kif ix-xewqa ta' binhom hi li d-dinja "tkompli titgħallem li kull tifel u tifla, b'abbiltà jew mingħajrha, jistħoqqilhom ikunu maħbubin, aċċettati u inklużi".

Awguri, Guilherme!

Ritratti:

Facebook / Guilherme’s Journey of Hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI