L-MP Jo Etienne Abela Jsellem il-Memorja Ta’ Victor Galea 

L-MP Jo Etienne Abela esprima s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Victor Galea, filwaqt li sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Dr Abela ddeskriva lil Galea bħala “studjuż akkanit u ġentlom b’karattru ġentili”, u faħħar is-servizz li ta lill-pajjiż matul is-snin f’diversi rwoli importanti fiċ-Ċivil.

Fil-messaġġ tiegħu, huwa wassal ukoll il-kondoljanzi sinċieri lil martu Frances, magħrufa bħala Kikka, lil binhom Joseph, kif ukoll lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Min-naħa tagħna, nagħtu l-kondoljanzi lill-familja u lill-ħbieb ta’ Victor Galea u nsellmu l-memorja tiegħu.

Ritratti:

Fb/ Jo Etienne Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI