Veduta Mill-Isbaħ Taħt L-Ilma Ta’ Wied Il-Mielaħ Tħalli Lil Bosta Msaħħrin Bil-Ġmiel!

Il-Paġna Maltese Islands Weather xerrdet sensiela ta’ ritratti impressjonanti li juru l-veduti spettakolari ta’ Wied il-Mielaħ u l-madwar tiegħu minn perspettiva mhux tas-soltu – minn taħt il-baħar.

Ir-ritratti, meħuda mill-fotografu Andrea Muscat, juru l-arka naturali ta’ Wied il-Mielaħ u s-sbuħija tal-baħar Malti minn angolu li ftit ikollhom l-opportunità jesperjenzaw. F'ċertu ritratti jidhru wkoll xi bugħaddasa jesploraw dan is-sit naturali taħt l-ilma.

Id-dwal tar-ritratti b'kuntrasti mal-kulur tal-ilma ċar ikomplu jsebbħu dawn ix-xeni tal-ġmiel naturali li joffri Wied il-Mielaħ, wieħed mill-aktar postijiet magħrufa fil-gżejjer Maltin kemm għall-għaddasa kif ukoll għal dawk li jħobbu l-baħar.

Il-ġmiel tal-ilmijiet ċari, il-formazzjonijiet tal-blat u d-dawl naturali li jidħol minn fuq il-wiċċ tal-baħar jagħmlu dawn l-istampi tassew spettakolari u jkomplu jfakkruna kemm għandna nkunu kburin bil-gżira tagħna!

Ritratti:

Fb/ Andrea Muscat mill-paġna ‘Maltese Islands Weather;

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI