Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt ta’ George D’Amato, persuna magħrufa għall-impenn kontinwu tagħha favur il-lokalità tal-Ħamrun.
F’messaġġ ta’ kondoljanzi, il-President u l-Kumitat Eżekuttiv, f’isem il-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjetà, sellmu l-memorja ta’ D’Amato u offrew il-kondoljanzi sinċiera lill-familja tiegħu.
George D’Amato kien membru tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp u serva għal numru ta’ snin fil-Kumitat Eżekuttiv. Barra minn hekk, kien attiv ukoll f’diversi għaqdiet Ħamruniżi, fosthom il-Ħamrun Liberty u l-Ħamrun Spartans, li magħhom jibqa’ mfakkar.
Il-funeral ta’ George D’Amato se jsir għada il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu fid-9:45 a.m. fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Min-naħa tagħna, nagħtu l-kondoljanzi sinċieri lill-familja u lill-qraba tiegħu. Jistrieħ fis-sliem.
Fb/ Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun – A.D. 1889