Illum hija ġurnata tassew speċjali għal Nicholas Borg Bonaci, hekk kif qed jiċċelebra għeluq snin żewġ persuni importanti f'ħajtu: oħtu Maria u zitu Angela.
Permezz ta’ messaġġ mimli mħabba u affezzjoni, Nicholas wassal l-isbaħ xewqat tiegħu lil dawn iż-żewġ nisa li għandhom post speċjali f’ħajtu. ““Ġurnata tassew speċjali għal dawk li jfissru kollox għalija”, kiteb Nicholas, filwaqt li esprima kemm hu grat li għandu lil Maria u lil Angela qrib tiegħu.
Nicholas qalilhom, li jħobbhom immens u awguralhom biex igawdu ġurnata mill-isbaħ, mimlija ferħ u mumenti sbieħ mal-għeżież tagħhom.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa tenna wkoll, kemm ħajtu hija mimlija permezz tal-preżenza tagħhom u awguralhom għal ħafna aktar snin ta’ saħħa, paċi u hena.
Minn qalbna aħna wkoll, nawguraw lil Maria u lil Angela l-isbaħ xewqat, u sena mimlija saħħa, kuntentizza u hena tul ħajjithom!
Facebook/Nicholas