L-awtriċi Maltija, Sharon Calleja, qed tiċċelebra suċċess internazzjonali wara li r-rumanz tagħha The Museum of Lost Things rebaħ Silver Prize fil-kategorija Crime Fiction fl-Indie Gold Awards 2026.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Calleja qasmet il-ferħ tagħha ma’ dawk li jsegwuha u ammettiet li għadha qed tħossha ftit surreali li tara l-kliem “Silver Prize Winner” ħdejn isimha.
Ftit tal-ħin ilu, l-awtriċi kienet diġà kuntenta li l-ktieb tagħha kien intgħażel bħala finalist. Issa, ir-rikonoxximent sar saħansitra aktar speċjali, speċjalment minħabba li The Museum of Lost Things għadu rumanz li se jiġi ppubblikat u għadu ma wasalx għand il-qarrejja.
Il-ktieb jittratta temi bħall-memorji, it-telf, is-sigrieti u dawk l-affarijiet mill-passat li b’xi mod jerġgħu jsibu triqthom lura f’ħajjitna.
Calleja qalet ukoll, li l-kitba bl-Ingliż u t-tentattiv li twassal l-istejjer tagħha lil hinn minn Malta, kienet avventura kompletament ġdida għaliha. Dan is-suċċess, iżda, taha aktar kuraġġ biex tkompli temmen fil-kitba tagħha.
Fl-aħħar, hija rringrazzjat lil dawk kollha li jaqraw il-kotba tagħha u sabiex jibqgħu jappoġġjawha f'dan il-vjaġġ tal-kitba.
Facebook/Sharon Calleja