“Mexxej B’Rispett U Empatija”: L-Iskola Primarja Ta’ Ħal Tarxien Issellem Lis-Surmast Joseph Mifsud Li Ħalla Din Id-Dinja

Il-komunità edukattiva tal-Kulleġġ San Tumas More, partikolarment dik tal-iskola Primarju ta' Ħal Tarxien, tinsab f’luttu wara t-telfa tal-Kap tal-Iskola tant maħbub, is-'Surmast' Joseph Mifsud. Permezz ta’ messaġġ emozzjonali, l-iskola sellmet il-memorja ta’ edukatur eċċezzjonali li ddedika ħajtu biex imiss u jbiddel il-ħajja ta’ eluf ta’ studenti u mijiet ta’ kollegi li kellhom il-privileġġ li jaħdmu miegħu.

Is-Sur Mifsud jibqa’ mfakkar bħala mexxej, mentor u ħabib li dejjem mexxa b’rispett, empatija u tjubija kbira lejn kulħadd. Id-dedikazzjoni u l-impenn tiegħu lejn l-iskola sal-aħħar mumenti ta' ħajtu servew ta’ ispirazzjoni profonda għall-istaff kollu u għall-komunità ta' Ħal Tarxien.

Aħna minn qalbna ngħaddu l-kondoljanzi l-aktar profondi lill-familja, l-għalliema, u l-istudenti kollha ta' Mr Mifsud f’dan il-mument ta' uġigħ.

Ritratti:

Facebook/St.Thomas More College Tarxien Primary

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI