Strand Tniedi Wrap Rush Rewards – Il-Pakketti Vojta Issa Jistgħu Jissarrfu F’Rigali

Strand Palace Agencies nediet inizjattiva ġdida bl-isem Strand Wrap Rush Rewards, kampanja ta’ premjijiet li permezz tagħha l-konsumaturi jistgħu jiġbru l-pakketti vojta ta’ prodotti parteċipanti u jibdluhom f’punti biex jifdu rigali b’xejn.

Il-kunċett wara l-kampanja huwa wieħed sempliċi. Il-konsumaturi jistgħu jixtru l-prodotti, iżommu l-pakketti vojta wara li jużawhom u joħduhom fl-uffiċċji ta’ Strand Palace Agencies f’Santa Venera. Hemmhekk, il-pakketti jinbidlu f’punti, li mbagħad jistgħu jiġu mifdija f’diversi premjijiet.

Il-pakketti jistgħu jittieħdu fl-uffiċċji bejn il-11:00 u s-14:00, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Aktar ma persuna tiġbor pakketti, aktar ma takkumula punti tkun tista’ tgawdi minn aktar rigali.

Permezz ta’ Strand Wrap Rush Rewards, il-kumpanija mhux biss qed tippremja lill-konsumaturi leali tagħha, iżda qed tħeġġiġhom ukoll biex ma jarmux il-pakketti wara l-użu u minflok jagħtuhom skop ieħor permezz ta' din l-inizjattiva.

"Iġbor. Ifdi. Gawdi." huwa l-messaġġ ewlieni tal-kampanja, li qed tistieden lill-konsumaturi madwar Malta u Għawdex biex jibdew jiġbru l-pakketti tagħhom mil-lum. Il-lista sħiħa tal-prodotti parteċipanti, kif ukoll informazzjoni dwar il-punti meħtieġa u r-rigali disponibbli, tinsab fuq is-sit ta’ Strand Wrap Rush Rewards.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI