Nhar l-14 ta’ Awwissu, lejlet il-festa tant maħbuba ta’ Santa Marija, il-Qrendi se jerġa’ jinxtegħel b’wieħed mill-aktar spettakli mistennija mid-dilettanti tal-piroteknika.
Il-Fabbrika tan-Nar Santa Marija tal-Qrendi se terġa’ tippreżenta l-ispettaklu annwali Il-Ħakma tad-Dlam, li matul is-snin sar appunt appunt importanti fil-kalendarju tal-festa.
Matul is-serata, dawk preżenti se jkunu jistgħu jgawdu spettaklu ta’ nar sinkronizzat, flimkien ma’ wirja ta’ nar tradizzjonali. Din is-sena qed jiġu mwiegħda wkoll diversi sorpriżi u innovazzjonijiet li mistennija jkomplu jżidu mal-ispettaklu. Il-lejla se tkompli b’wirja ta’ nar tal-art, li eventwalment tilħaq il-qofol tagħha b’finali sinkronizzat.
L-edizzjoni ta’ din is-sena għandha tifsira speċjali hekk kif timmarka l-10 anniversarju tal-ispettaklu ta’ nar tal-art sinkronizzat. Matul dawn is-snin, din il-wirja rnexxielha ssir waħda mill-karatteristiċi distintivi tal-ispettaklu pirotekniku fil-Qrendi.
Tradizzjoni, innovazzjoni u mħabba lejn l-arti tal-piroteknika se jerġgħu jingħaqdu f’lejla waħda. Għad-dilettanti tan-nar, jidher li l-Qrendi se jkun wieħed mill-postijiet li żgur ta’ min iżur lejlet Santa Marija!
Facebook / Għaqda tan-Nar, Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi