X’Se Jiġri Mill-Għassa Ta’ Birkirkara? – Il-Membru Parlamentari Adrian Delia Jappella Għal Tweġibiet Dwar Fejn Se Tiġi Rilokata

Il-Membru Parlamentari Adrian Delia qed jappella biex tingħata informazzjoni ċara dwar fejn se tiġi rilokata l-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara, hekk kif il-binja li tinsab fiha bħalissa reġgħet għaddiet għand is-sidien tagħha. F’post fuq il-mezzi soċjali, Delia qal li issa nħareġ ukoll permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex il-binja tinbidel f’boutique hotel.

Madankollu, skont Delia, għadu mhux magħruf fejn se tkun qed tiġi rilokata l-għassa ladarba ma tibqax topera mill-binja preżenti. Delia fakkar li Birkirkara hija waħda mill-akbar lokalitajiet f’Malta u saħaq fuq il-ħtieġa ta’ għassa li taqdi lir-residenti tagħha. Żied jgħid li s-servizz jintuża wkoll minn persuni minn lokalitajiet fil-qrib, fosthom Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin.

"Nappella li ningħataw serħan tal-moħħ minnufih," temm jgħid Delia, hekk kif talab għal aktar ċarezza dwar il-pjanijiet għall-għassa u fejn se tkun qed tkompli toffri s-servizzi tagħha.

Ritratti:

Facebook / Adrian Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI