Il-Marokk qed jiffaċċja kritika qawwija minn diversi individwi u organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-annimali minħabba operazzjoni li ilha għaddejja għal xhur sħaħ biex jitneħħew klieb abbandunati mit-toroq.
Il-pjan huwa li jinqatlu aktar minn 3 miljun kelb abbandunat bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2030. L-awtoritajiet Marokkini jsostnu li l-qtil tal-klieb qed isir permezz ta’ injezzjonijiet letali, iżda filmati ppubblikati online juru stampa differenti għalkollox.
Vidjows ġodda juru diversi klieb f’triq jaħarbu malli jisimgħu tiri ta’ arma tan-nar, filwaqt li jinstemgħu klieb oħra jgħajtu bl-uġigħ wara li ntlaqtu minn tiri.
Instagram / @jklamlam