Tikka Għandha 10 Snin U Qed Tfittex Familja Ġdida Li Toffrila L-Imħabba

Tikka hija kelba Pointer ta’ 10 snin li qed tfittex familja ġdida wara li sidha, li issa huwa anzjan ħafna, sfortunatament m’għadux jista’ jkun hemm għaliha kif inhu meħtieġ.

Christa Cilia ltaqgħet ma’ Tikka u ħaditha għal passiġġata, fejn mill-ewwel setgħet tara kemm hi kelba grazzjuża, ferriħija u mimlija mħabba. Minkejja li kienet għadha kemm iltaqgħet magħha, Tikka malajr bdiet tħossha komda magħha u saħansitra mal-ewwel intefgħet fuq daharha biex tfissidha.

Christa appellat biex ħadd ma jaqta’ qalbu milli jadottaha minkejja l-età tagħha. Għalkemm għandha 10 snin, Tikka għadha b’saħħitha, tħobb il-passiġġati, l-attenzjoni kif ukoll il-kumpanija.

Wara 10 snin tgħix bħala l-kelba ta’ xi ħadd, issa ħajjitha se jkollha tinbidel minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ sidha. Iżda Tikka mhix qed tfittex biss post fejn tqatta’ l-aħħar snin tagħha – qed tfittex dar fejn tkun tista’ tkompli tgawdi ħajjitha.

Ritratti:

Facebook/ Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI