Jum speċjali għal Raisa Newell u żewġha Chris hekk kif qed jiċċelebraw it-13-il anniversarju tagħhom flimkien. F’din l-okkażjoni sabiħa, omm Raisa, Josephine Newell Goodlip, għażlet li twasslilhom xewqat mill-isbaħ permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
"L-isbaħ xewqat fit-13-il anniversarju lil binti Raisa u lil żewġha Chris," kitbet Josephine f’dan il-jum speċjali għall-koppja. Raisa hija wiċċ magħruf sew mal-pubbliku Malti, kemm bħala influencer kif ukoll bħala preżentatriċi, li tul is-snin kisbet popolarità fuq il-mezzi soċjali.
Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Josephine u nawguraw lil Raisa u Chris l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju tagħhom. Nittamaw li jkollhom ħafna aktar snin ta’ mħabba, kuntentizza u memorji sbieħ flimkien. Awguri!
Facebook / Raisa Brincat Newell