Fra Mudest Se Jieħu L-Ħajja Fuq L-Iskrin Fi Drama Ġdida Fuq Net Television – 60 Sena Wara Li Ħarġu L-Kotba!

Karattru li ilu jakkumpanja ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ Maltin issa se jagħmel il-pass mill-paġni tal-kotba għall-iskrin. NET Television ħabbar li Fra Mudest se jkun qed jieħu l-ħajja fi drama ġdida għall-familja kollha. Il-karattru ta’ Fra Mudest inħoloq mill-awtur Charles Casha u ilu għal madwar 60 sena jferraħ lill-qarrejja Maltin bl-avventuri u l-praspar tiegħu. Matul is-snin sar karattru maħbub għall-qalb tajba, is-sempliċità, il-ġenwinità u l-umoriżmu tiegħu.

"Wara aktar minn nofs seklu jferraħ lill-qarrejja Maltin, il-karattru maħbub ta’ Fra Mudest, maħluq mill-awtur Charles Casha, issa se jasal għandkom f’drama ġdida għall-familja kollha," ħabbar NET Television. Issa l-istejjer ta’ dan il-karattru se jingħataw ħajja ġdida permezz ta’ adattament televiżiv f’idejn Jonathan Laferla, filwaqt li l-produzzjoni hija fdata f’idejn Melanie-Jo Mangani.

"Il-memorji jibqgħu, l-istejjer ikomplu," komplew jgħidu minn NET Television hekk kif taw l-ewwel ħjiel ta’ dak li l-udjenzi jistgħu jistennew minn din il-produzzjoni. Għal dawk li kibru jaqraw l-avventuri tiegħu, din żgur se tkun doża sabiħa ta’ nostalġija, filwaqt li ġenerazzjoni ġdida se jkollha l-opportunità tiskopri lil Fra Mudest għall-ewwel darba.

Fra Mudest se jkun qed jasal dalwaqt fuq NET Television. Min minnkom għandu xi ktieb jew storja favorita ta’ Fra Mudest?

Ritratti:

Facebook / Net Television

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI